• Facebook
  • Buffer
  • Twitter
  • Reddit
  • email
  • Skip to primary navigation
  • Skip to content
  • Skip to primary sidebar
  • Skip to footer

Isles of the Left

For socially just, egalitarian and greener Malta

Menu
  • Home
  • Manifesto
  • About
    • WHO WE ARE
    • CONTACT US
  • Magazine
    • LONG READ
    • CULTUREEverything you like to know about culture
    • ECONOMY
    • ENVIRONMENT
    • SOCIETY & POLITICS
    • EDUcation & OPPortunity
    • SEXUALITY & GENDER
    • TECHNOLOGY
    • HUMOUR
    • POETRYPoetry and essays
    • VOICES
  • Reading Lists
  • Podcasts
  • Facebook
  • Twitter
  • Instagram

Il-Kelma Mitkellma: Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

August 13, 2019 · Jean Paul Borg ·

  • Facebook
  • Buffer
  • Twitter
  • Reddit
  • email

Iddur fejn iddur mal-kelma festival, jew ma’ kwalunkwe tip ta’ festival, dejjem hemm ċelebrazzjoni ta’ ħajja. Il-letteratura tirrappreżenta l-ħajja permezz tal-kliem, għalhekk hija maħluqa għal ġo festival.

Ritratt: Roger West, Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2018 (minn Virginia Monteforte)

minn Jean Paul Borg

 

Waqt li l-kelma ‘festa’ qisha mhix traduċibbli, il-kelma ‘festival’ hija pjuttost arbitrarja. Għal xi wħud hija ċelebrazzjoni reliġjuża, għal oħrajn tlett ijiem ta’ mużika u camping, dan l-aħħar f’Malta ġiet abbinata ma’ kwalunkwe frotta jew ħaxixa. Għal dawn l-aħħar erbatax-il sena, anki l-letteratura sabet ruħha f’festival permezz ta’ Inizjamed u l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Iddur fejn iddur mal-kelma festival, jew ma’ kwalunkwe tip ta’ festival, dejjem hemm ċelebrazzjoni ta’ ħajja. Il-letteratura tirrappreżenta l-ħajja permezz tal-kliem, għalhekk hija maħluqa għal ġo festival. Il-letteratura ma taljenax, il-letteratura tesponi l-ħajja li qegħdin ngħixu. Il-letteratura tagħti aħbar lill-bniedem bl-arti u s-sengħa tagħha.

 

Iddur fejn iddur mal-kelma festival, jew ma’ kwalunkwe tip ta’ festival, dejjem hemm ċelebrazzjoni ta’ ħajja. Il-letteratura tirrappreżenta l-ħajja permezz tal-kliem, għalhekk hija maħluqa għal ġo festival.

 

La l-letteratura ma taljenax, il-Festival jibda billi jfakkarna fl-għeruq tagħna Mediterranji, permezz ta’ ismu stess. Il-Mediterran jitfakkar bħala l-imkien li fih jiltaqgħu tnax-il awtur u fih bħal kif minn dejjem seħħ, isiru l-iskambji. Fost l-awturi se jkun hemm erba’ Maltin: Rena Balzan, Antoine Cassar, Elizabeth Grech u Loranne Vella. Dawn l-awturi jiktbu kemm proża u kemm poeżija, huma kontemporanji kif ukoll ifakkru fi żminijiet oħra tal-letteratura Maltija. Kważi kollha għandhom għeruq Maltin imma għażlu li jadottaw artijiet oħra bħala darhom, waqt li jiġu lura lejn din l-art b’frekwenza kostanti.

Magħhom se jingħaqdu awturi li wkoll għandhom għeruq f’xi art imma jgħixu x’imkien ieħor, fosthom Rasha Abbas (Sirja/il-Ġermanja), Eric Ngalle Charles (il-Kamerun/Wales) u Habib Tengour (l-Alġerija/Franza). Yolanda Castaño se twassal il-poeżija tagħha bil-lingwa Galizjana li tippersisti minkejja li tgħix ma’ lingwa mitkellma minn ħafna aktar miljuni. Il-poeżija u s-sitwazzjoni preżenti Venezwelna se titwassal minn Yolanda Pantin, waqt li Sampurna Chattarji se twassal letteratura Indjana b’ilsien dak li kien il-kolonizzatur. Astrid Alben (Renju Unit) se twassal letteratura imnebbħa mix-xjenza u Davide Rondoni se jwassal il-poeżija tiegħu bil-lingwa Taljana li għal ħafna hija poetika fiha nnifisha waqt li tfakkarhom fi żmien fejn il-qrubija bejn Malta u l-Italja ma kinitx waħda biss ġeografika.

L-iskambji fil-Festival iseħħu b’diversi modi. Jibdew bejn l-awturi nfushom, fil-workshop tat-traduzzjoni li fih l-awturi jittraduċu lil xulxin, u għalhekk jagħtu ħajjiet differenti lill-poeżiji jew l-istejjer, waqt li l-aħbar ta’ individwu f’pajjiż titwassal għand individwu ieħor f’sitwazzjoni differenti. Il-poeżija sellfet lilha nnifisha lill-arti viżiva u waqt il-Festival se jintwera għall-ewwel darba l-film tal-grupp Cine Laurea, Natura Morta imnebbaħ minn poeżija bl-istess isem ta’ Joe Friggieri.

L-iskambji jkomplu bid-diskussjonijiet flimkien mal-pubbliku. Iż-żewġ diskussjonijiet ta’ din is-sena għandhom it-temi Is Universality a Myth? The Case for Literature u (Not) Maintaining the Status Quo.

 

L-iskambji jkomplu bid-diskussjonijiet flimkien mal-pubbliku. Iż-żewġ diskussjonijiet ta’ din is-sena għandhom it-temi Is Universality a Myth? The Case for Literature u (Not) Maintaining the Status Quo.

 

Skambju ieħor dirett bejn il-pubbliku u l-awturi huwa l-Palk Ħieles. Il-pubbliku se jkollu ċ-ċans jibdel l-irwol tiegħu minn spettatur għal protagonist. Kif juri l-isem, il-palk se jkun ħieles u daqstant ieħor il-mikrofonu u l-ispirtu.

Il-Festival jikkonkludi ruħu fil-Forti Sant Iermu bejn il-Ħamis, 22 u s-Sibt, 24 ta’ Awwissu. Dak li jkun ilu jinħema fid-diskussjonijiet, workshop u l-Palk Ħieles se jinqasam mal-pubbliku. Se ssir intervista kull lejla waqt li l-poeżija, li fil-ħwienet tal-kotba tkun fir-rokna se tieħu rwol ċentrali, se tfakkarna fil-versatilità tagħha, u fis-saħħa tagħha li tqanqal l-emozzjonijiet, tant li kienet darba inkwetat lil Plato. Il-proża se tingħaqad magħha u bħal kif tagħmel il-poeżija, se tuża s-suġġettività tal-kelma sabiex toffri kuntrast mall-oġġettività ħarxa tan-numri dieħlin u ħerġin minn widnejna fuq l-hekk imsejjħa tkabbir u progress li qed iseħħu. Il-qari se jsir l-aktar bil-Malti u l-Ingliż, imma se jinqraw xogħlijiet bil-lingwi oriġinali li inkitbu ukoll. Il-lingwi differenti se jiġu ċċelebrati.

Il-bibien tal-Forti Sant’Iermu se jkunu miftuħa beraħ u bla ħlas, il-ħitan għolja se jkennu flok ibarru. Nies daqskemm simili, differenti se jiltaqgħu flimkien fost letteratura, films, mużika, ikel u xorb tajjeb.

Il-programm sħiħ jinsab hawn.

Jean Paul Borg twieled fl-1980. Ta’ 38 sena iddeċieda li jieqaf jaljiena lilu nnifsu, telaq il-karriera tiegħu u daħal l-Università, fejn qiegħed jistudja l-Malti u s-Soċjoloġija. Ittraduċa x-xogħol ta’ Suad Amiry, Sharon u l-Kunjata li ġie ppubblikat minn SKS, u ppubblika kollezzjoni ta’ tlettax-il storja taħt it-titlu Mhux Nies. Huwa jagħmel parti minn Integra u Inizjamed.

 

Read More!

Tagged With: literature, Mediterranean Literature Festival

The IotL Magazine

The IotL Magazine

stands for a socially just, egalitarian and greener Malta.

View all posts

While we have you...

...We have a high opinion of our readers and thus post no clickbait. If you like what you read here, kindly help us to protect our content from the bias of social media filters. Not to miss any of our posts, hover over the button "Following" on our Facebook page and check "See first", "Notifications - All On". That way we will always feature on your timeline.

Thank you!

Reader Interactions

Leave a Reply Cancel reply

Your email address will not be published.

Primary Sidebar

    POPULAR ARTICLES

  • Promise & Betrayal: A Former American University of Malta Lecturer Speaks Out
    By Former lecturer at AUM
  • Ħamalli And Non-Ħamalli: A Tale Of Two Public Spheres
    By Bernard Cauchi
  • Parenting Dilemmas: State or Private Schools?
    By Rita M.
  • What Does it Mean to Be a Foreigner in Malta?
    By Raisa Galea
  • The Not-So-Maltese Cross
    By Michael Grech
My Tweets

 Essential  Read:           

Racist Rants, ‘Authentic Emotions’ and Fake News

Kathrin Schödel

 Get Our Top Stories
 Right in Your Inbox 
 

 Our  Friends: 

Footer

WE ARE:

-.. . -.. .. -.-. .- – . -.. / .- -. -.. / . -. – …. ..- … .. .- … – .. -.-.

Raisa Galea
Raisa
Galea
Michael Grech
Michael
Grech
Kurt Borg
Kurt
Borg
Francois Zammit
Francois
Zammit
Maria Theuma
Maria
Theuma
Rachael Scicluna
Rachael
Scicluna
Josephine Burden
Josephine
Burden
Daiva Repečkaitė
Daiva
Repečkaitė
Joseph Abela
Joseph
Abela
Martin Galea De Giovanni
Martin
Galea
Abigail Muscat
Abigail
Muscat
Bernard Cauchi
Bernard
Cauchi
Alicia Said
Alicia
Said

WE FOLLOW:

WE DISCUSS:

microwork language politics segregation Carnival trade unions Paradise papers far-right consumerism eco-austerity harassment saħħa mentali safety journalism Maltese identity public internet history Black Lives Matter migration Isles Aloud podcast Google mental health worker's rights pro-choice collective organising national identity

For a socially just, egalitarian and greener Malta © 2021 · Log in

Privacy & Cookies: This site uses cookies. By continuing to use this website, you agree to their use.
To find out more, including how to control cookies, see here: Cookie Policy